Chef Condom

Monday, February 06, 2006

2006 vs 1426?

F'nofs il-kaos li inqala minhabba l-kartuns tal-profeta Muhammed pubblikati f'gazzetti Danizi,Francizi ecc u r-reazzjoni tad-dinja Musulmana hemm bosta affarijiet li gew imwarrba.

  1. X'messagg riedu jibghatu dawn il-kartuns?
  2. Ghalfejn l-ahbarijiet ta' dawn l-ahhar ftit jiem huma imfawwra b'din il-grajja u mhux grajjiet ohra? Hemm xi agenda mohbija?
  3. X'ihuma jghidu l-gazzetti u l-awtoritajiet kemm religjuzi kif ukoll governattivi fil-pajjizi fejn inqala l-inkwiet?
  4. X'kienet tkun ir-reazzjoni fl-Ewropa bajda u kristjana li kieku pajjiz musulman waqqa ghan-nejk jew ipprova jpingi kwadru falz dwar il-kristjanezmu?
Dawn il-mistoqsijiet u d-dilemma dwar kemm hi hoxna l-linja bejn liberta t'espressjoni u tifriex ta' kliem jew atti ta' mibeghda mhix ser jigu mwiegba kif gib u lahaq fi ftit kliem.

Id-dubbju m'ghandux jaqa fuq il-liberta tal-kelma izda fuq il-messagg partikolari u d-double standards Ewropej. Jekk hawn xi hadd li jemmen li l-profeta Muhammed u l-Musulmani huma terroristi allura dawn il-persuni huma imbeccilli daqs l-Musulamni li qed jaharqu l-ambaxxati u jsejjhu ghal-mewt ta' l-infedeli. Il-gazzetti jippublikaw xiz-zobb iridu ghalija izda jekk qed tistieden jew ahjar tisfida id-dinja Musulmana ma tistax taghmel ghageb bir-reazzjoni ta' min hu irrabjat u provokat. Niextieq nara x'kienet tkun ir-reazzjoni ta' l-esteblishment konservattiv li kien favur kostittuzzjoni ewropeja 'kristjana' li kieku xi pajjiz musulman ipprova jpingi ir-religjon kristjana bhala wahda fundamentalista u perikoluza. Li qed jigri hawn huwa li l-Ewropa qed tghid li l-Musulmani huma fundamentalisti u tant hu hekk li ara x'qed jaghmlu minhabba dawn l-erba tpingijiet semplici imhazza fuq gazzetta. Imbghad il-biza li kellna fl-imghoddi tigi ikkonfermata. Mela le ghat-Turkija fl-UE. Le ghal fundamentalizmu Musulman fl-Ewropa.

Ghalfejn li-midja tant efficjenti ma tghidilnix ukoll x'inhuma jghidu l-maggoranza tal-mexejja religjuzi u politici fid-dinja Musulmana. Ghalfejn ma jirrakontawx x'inhu jigri f'pajjizi kbar Musulmani bhall-Algerija,Marrokk,Turkija? Jista jkun li jekk Musulman mhuwiex iblah u vjolenti ma jidhirx fuq is-CNN u l-BBC u l-bqija. Fid-dinja hawn aktar minn biljun Musulman izda ghageb ta' l-ghegubijiet huma l-minoranza kretina li naraw ta' kuljum fuq it-tivi u l-gazzetti.

Ghalfejn il-midja ghazlet li tinjora stejjer bhal din, li ghanda importanza ferm ikbar mill-agir iblah u reazzjonarju ta'erba zghazagh f'Bejrut u Kabul? Imma milli jidher il-hruq ta' bandiera daniza u l-illuzjoni ta'theddida ghal-liberta hija aktar importanti mill-ksir ta' ligijiet internazzjonali, gwerra illegali li qatlet eluf ta' nies innocenti fosthom eluf ta' suldati Amerikani u Ewropej. Id-dinja alazobba mill-istupru ta'pajjizi shah filwaqt li hija mitlufa fil-kaos mahluq min xi kretin li dherlu li Muhammed huwa terrorist u minn kretini ohra li dehrilhom li minhabba dan il-kretin ghandhom jaharqu l-bnadar u l-ambaxxati.

Jekk miniex sejjer zball illum il-gurnata il-kalendarju Musulman wasal fis-sena 1426/7. Nispera li meta jidhlu fit-tielet millenju ma jkunux kretini daqsna.

Ma nafx jekk ghandiex nghodd l-fuq jew l-isfel. Lura jew il-quddiem?

3 Comments:

  • Prosit Jurgen. Naqbel ħafna ma' din il-bloggata tiegħek. Biss ma nafx nasalx biex nassumi għalissa li hemm xi aġenda moħbija -ma nistagħġibx kieku- imma li hu żgur hu li r-reazzjoni spettakolari ta' l-estremisti tinteressa aktar lill-midja milli affarijiet oħra ta' l-istess jew ta' akbar importanza (bħal dak il-ftehim ta' bejn Blair u sieħbu ta' l-arbuxxell - tat-tkexkix...)

    Din il-vinjetta ta' El País se togħġbok żgur:

    Ahora que amaina...

    By Blogger Antoine Cassar, at 8:23 AM  

  • lol...tajba!

    Forsi l-agenda lanqas hi tant mohbija ghax f'dawn l-ahhar snin aktar smajt kliem ta' eskluzjoni milli inkluzjoni mill-mexxejja politici fil-punent.

    By Blogger Jurgen, at 11:25 AM  

  • That's a great story. Waiting for more. » » »

    By Anonymous Anonymous, at 4:10 PM  

Post a Comment

<< Home