Chef Condom

Thursday, January 26, 2006

Bir-ruh, bid-demm.....

Ilbierah il-Palestinjani ivvuttaw ghall-parlament gdid u milli jidher il-Fatah tilfu l-maggoranza u l-Hamas rebhu b'distakk notevoli li jaghtihom is-seghta jiggvernaw wehidhom. Ghal hafna dan jista jidher bhala xokk. Rebha tat-terroristi fuq l-politika moderata.

Il-Hamas m'humiex biss grupp militari anti-zionist izda ghal dawn l-ahhar ghexerien ta' snin il-Hamas ipprovdew ikel, tobba u sptarijiet, skejjel u servizzi socjali ohra li l-Awtorita Palestinjana qatt ma kienet kapaci toffri, kemm minhabba limitazzjonijiet esterni kif ukoll minhabba mis-management u abbuzi fi hdan il-Fatah. Ghat-tfal, nisa u irgiel foqra, bla xoghol, u bla passaport u identita fil-kampijiet tar-refugjati u fl-artijiet okkupati, l-Hamas m'humiex suldati izda huma dak kollu li l-Fatah qatt ma kien...qrib in-nies.

Ovvjament l-posizzjoni tal-Hamas fuq l-Izrael trid tinbidel u tinhall jekk iridu izommu l-process tal-paci haj. Il-Hamas iridu jaccetaw li l-uniku triq hija dik ta' paci u dan ma jistax isehh minghajr l-gharfien ta' l-istat Izraeljan anke jekk dan huwa wiehed illegali. L-gharfien ta' l-ezistenza ta' zewg stati, wiehed Izraeljan u iehor Palestinjan huwa il-punto di partenza ghal kwalunkwe ftheim.

Is-soluzzjoni f'din ir-realta gdida ma tistax tkun wahda unilaterali fejn l-Izrael, l-Amerika u sahansitra l-Fatah jinjoraw l-Hamas u ma jinnegozjawx maghhom. Anke jekk l-elementi terroristici fi hdan il-Hamas jibqghu jwebbsu rashom l-Izrael u l-Amerika ma jistghux jghidu ahna ma ninnegozjawx mat-terrorist. L-ewwel nett l-Hamas m'humiex terroristi biss u minbarra dan kollu kif gara kemm il-darba fl-imghoddi il-paci trid tintlahaq bejn kulhadd. L-Gvern Ingliz irnexxilu jinormalliza is-sitwazzjoni fl-Irlanda meta iddecieda biex jinnegozja ma l-IRA. Meta kien qed jghid le gahn-negozjati ma' l-IRA l-paci qatt ma intlahqet. L-paci tintlahaq biss meta l-elementi militari jippartecipaw fil-process politiku. Minbarra dan l-Amerika ma tistax tibqa tghid li ma tinnegozjax m'organizazzjonijiet terroristici. Jekk dan huwa minnu allura L-Amerika jmissa ggib ruhha bl-istess mod mal-hbieb fis-Sawdi,Russja,Cina u l-Izrael stess. L-fatt huwa li l-Amerika tinnegozja biss ma' min jilghaqilha sorma.

Il-Fatah ma jistghux jinghalqu u jhallu l-Hamas jaqdfu wehidhom. L-ewwel haga li l-Fatah jmisshom jaghmlu hija li jitnaddfu wahda sew mill-koruzzjoni u abbuzi ta' poter. Jekk il-poplu Palestinjan ghazel lill-Hamas u mhux il-Fatah ifisser li hemm xi haga hazina fil-Fatah. F'sitwazzjoniet bhal dawn il-poplu rari jizbalja. Il-Fatah huwa ezempju iehor car ta' partit moderat. Il-Fatah gie accetat mill-punent ghax sar bhalu. Moderat, korrott u laqghi. Fi hdan il-Fatah il-biza u c-canfir ta' l-iskop ta' l-ezistenza tieghu stess hakmu fuq il-hegga u t-tama fil-glieda ghal-helsien. Il-Fatah jrid jacetta ir-realta u jinghaqad mal-Hamas fil-glieda Palestinjana. Din l-elezzjoni tista tkun a blessing in disguise jekk il-Fatah jirnexxilhom jitnaddfu u jkaxkru maghhom Hamas gdida fuq il-mejda tan-negozjati.

Nispera li Marwan Barghouti jinheles u jiehu t-tmexxija tal-Fatah f'idejh. Nemmen li Barghouti huwa l-uniku mexxej palestinjan li jista jghaqqad l-poplu Palestinjan u jmexxih lejn il-paci, dinjita u helsien. Barghouti jista jaghmel il-miraklu.

Hemm il-possibilita ukoll li l-Hamas jintebah li ma jistax jimxi l-quddiem jekk ikompli jinsisti b'tattici vjolenti. Flok l-mitra jmisshom juzaw mohhom u jorgannizaw protesti u manifestazzjonijiet pacifici. Strajks pacifici. Okkupazzjonjiet pacifici. Imbghad naraw kemm id-dinja u l-Izrael jibqghu jwebbsu rashom. Wara din ir-rebha storika tal-Hamas id-dikjarazzjoniet anti-zionisti tal-President Iranjan Mahmoud Ahmadinejad jaghmlu aktar sens. Id-dikjarazzjoniet anti-zionisti ma kienux attakki retorici izda kienu messaggi t'appogg lejn il-jihad tal-Hamas li hija appogjata mil-gvern Iranjan.

Nisperaw li l-Hamas jinzaw l-libsa tal-vjolenza minghajr ma ma jinzaw mill-onesta, hegga, ambizzjoni, passjoni u tama fil-glieda biex il-poplu Palestinjan jinheles.

6 Comments:

  • Cool blog, interesting information... Keep it UP »

    By Anonymous Anonymous, at 8:18 AM  

  • Wonderful and informative web site. I used information from that site its great. here

    By Anonymous Anonymous, at 5:48 PM  

  • By Anonymous Anonymous, at 5:56 PM  

  • Just curious, are u still a member of AD Jurgen?

    By Anonymous Anonymous, at 1:01 AM  

  • It's so easy to choose high quality [url=http://www.euroreplicawatches.com/]replica watches[/url] online: [url=http://www.euroreplicawatches.com/mens-swiss-watches-rolex/]Rolex replica[/url], [url=http://www.euroreplicawatches.com/mens-swiss-watches-breitling/]Breitling replica[/url], Chanel replica or any other watch from the widest variety of models and brands.

    By Anonymous Anonymous, at 12:43 AM  

  • [url=http://www.thecasino.co.il/blackjack]casino bonus[/url] , [url=http://www.casinoonlinebrazil.com/blackjack]cassino[/url] , [url=http://www.onlinecasinorussian.com/]blackjack[/url]. [url=http://www.ttittancasino.com/online-spielautomaten.html]casino spiele[/url]. [url=http://www.tragamonedas-gratis.ws]tragamonedas[/url]

    By Anonymous Anonymous, at 7:01 AM  

Post a Comment

<< Home